UCL: Jgħaddu PSG u Chelsea għas-semi-finali

PARIS ST-GERMAIN………… 0

BAYERN MUNICH…………….. 1

(Agg: PSG 3-3 bil-goal away)

Minkejja li Bayern Munich għelbu lil Paris St-Germain bl-iskor ta’ 1-0 fit-tieni leg tal-kwarti-finali tal-UEFA Champions League, kienu l-Franċiżi li kkwalifikaw għas-semi-finali permezz tar-regola tal-goal away hekk kif spiċċaw b’aggregate ta’ 3-3.

Kienu l-Pariġini li ħarġu l-aħjar iżda b’mod gradwali Bayern bdew jissetiljaw u anke fetħu pressjoni fuq il-lasti avversarji bl-aħjar żewġ ċansijiet jsalu fis-26 minuti minn tentattivi ta’ Leroy Sane u Joshua Kimmich li għaddew iħakku mal-lasta.

Ir-reazzjoni tal-Pariġini kie­net waħda mmedja­ta fejn Neymar ixxuttja ċentrali meta seta’ jagħmel aħjar.  Iżda fit-38 minuta, l-is­tess Neymar kien sfortunat meta b’xutt imdawwar minn tarf il-kaxxa ġie mċaħħad mill-mimduda.

Madankollu żewġ minuti wara kienu Bayern li fetħu l-iskor meta Keylor Navas salva parzjalment fuq David Alaba biex  Eric Choupo-Moting kien pront u bir-ras xeħet il-ballun fix-xibka.

Fit-tieni taqsima, il-Fran­ċiżi ħarġu jfittxu l-goal biex “joqtlu” l-logħba fejn Neymar reġa’ kien “ħati” meta falla bosta ċansijiet ta’ skor.

Min-naħa tagħhom, Ba­yern xeħtu kollox fuq l-attakk iżda ma setgħux jinfdu d-difiża avversarja.

CHELSEA……………………………… 0

FC PORTO…………………………….. 1

(Agg: Chelsea 2-1)

Porto għelbu lil Chelsea bl-iskor ta’ 1-0 iżda kienu dawn tal-aħħar li għaddew b’aggregate ta’ 2-1.

Konxji mill-vantaġġ tal- ewwel leg, Chelsea niżlu għal dan konfront b’tattika ta’ konteniment fejn il-Portugiżi ftit li xejn kellhom spazju biex jimmanuvraw.

U meta l-logħba dehret li kienet se tispiċċa fi draw ta’ mingħajr goals, kien Mehdi Taremi (93) li skorja ġmiel ta’ goal b’rovexxjata fl-ajru.

Share With: