UCL: Chelsea b’sieq waħda fis-semi-finali

Porto …………0

Chelsea ………2

Chelsea “marru” għand Porto u għelbuhom bl-iskor ta’ 2-0 biex għamlu pass kbir lejn il-kwalifikazzjoni għas-semi-fianli tal-UEFA Champions League

Minkejja li Porto ddominaw l-ewwel taqsima, kienu Chelsea li fl-ewwel xutt lejn il-lasti avversarji, fit-32 minuta, fetħu l-iskor meta Jorginho xeħet lejn Mason Mount, li dar ma’ Zaidu Sanusi, qabel ma fajjar xutt fil-baxx għal ġor-rokna tax-xibka biex, fl-etá ta’ 22 sena u 87 ġurnata, sar l-iżgħar player ta’ Chelsea li skorja f’din il-kompetizzjoni.

Fit-tieni taqsima, Porto ppressaw għall-goal tad-draw iżda, fl-64 minuta,  l-aħjar ċans waqa’ għand Cesar Azpilicueta meta minn taħt il-lasti għamel l-impossibbli u xeħet barra bir-ras.

Madankollu, Ben Chilwell (85) issġilla rebħa għal Chelsea meta minn suġġeriment ta’ Mateo Kovacic, huwa laħaq qabel Marchesin u tefa’ l-ballun fix-xibka.

It-tieni leg se tintlagħab fl-istess ground, jiġifieri, fir-Ramon Sanchez Pizjuan Stadium ta’ Sevilla, fejn Chelsea jkunu qed jilagħbu f'”darhom”.

Share With: