Toyota Malta twissi dwar scam fuq WhatsApp bl-użu ta’ isimha

Toyota Malta qed tinforma lill-pubbliku bi scam li tidher li qed iddur fuq is-sistema ta’ messaġġi Whatsapp u li qed tuża l-isem tad-ditta Toyota.

Dawn il-messaġġi, li jsostnu li qed jiċċelebraw il-100 anniversarju tal-kumpanija, qed iħeġġu l-utenti biex jagħfsu fuq link speċifika biex jirbħu xi premjijiet. Il-kumpanija tixtieq tinforma lill-pubbliku li dawn il-messaġġi huma qarrieqa u li hi mhix tibgħat dawn il-messaġġi lill-konsumaturi.

Toyota Malta twissi biex l-utenti ma jagħfsux dawn il-links li jistgħu jwasslu biex jitniħħel softwer perikoluż (malware) fuq il-kompjuter jew smartphones tagħhom, jew anke jagħtu aċċess lil terzi persuni biex jisirqu tagħrif personali jew informazzjoni finanzjarja.

Il-kumpanija tfakkar lill-konsumaturi li l-websajt uffiċjali ta’ Toyota Malta hija www.toyota.com.mt filwaqt li n-numru uffiċjali tal-call centre tagħha huwa +356 22694000.

Share With: