Tnejn l-isptar wara ħabta f’Ħaż-Żabbar

Żewġ persuni kellhom jittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku f’Ħaż-Żabbar. l-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.00 p.m. fi Triq iċ-Ċawsli.

Jirriżulta li l-ħabta kienet tinvolvi żewġ vetturi, waħda minnhom misjuqa minn raġel ta’ 22 sena minn Wied il-Għajn, filwaqt li l-karozza l-oħra kienet misjuqa minn raġel ta’ 27 sena miż-Żejtun. Passiġġier miegħu kien hemm raġel ta’ 25 sena residenti Santa Venera.

Share With: