Tnejn arrestati b’rabta ma’ importazzjoni u traffikar tad-droga

Raġel ta’ 37 sena u mara ta’ 41 sena, it-tnejn mill-Ungerija, ġew arrestati mill-Pulizija tal Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, bl-assistenza tal-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit (RIU), wara  li nqabdu b’ammont ta’ droga, lesta għat-traffikar. 

Wara jiem ta’ investigazzjonjiet u osservazzjoni fuq importazzjoni tad-droga, ilbieraħ, għal xi  l-11:00 a.m, il-Pulizija daħlu ġo dar f’Birżebbuġa u waqt tfittxija nstabet  sustanza suspettata droga eroina u MDMA lesta biex tiġi ttraffikata, kif ukoll sustanza  suspettata amfetamina.  Huma mistennija jitressqu l-Qorti llum, għal xi l-11:30 a.m, quddiem  il-Maġistrat tal-Għassa Dr Doreen Clarke LL.D akkużati b’importazzjoni, pussess u traffkar tad droga, tixħim u li ma obdewx l-ordnijiet tal-Pulizija, fost oħrajn.

Share With: