Tmien persuni jinqatlu u oħrajn midrubin fi sparatura f’Indianapolis

Tmien persuni nqatlu u bosta ndarbu fi sparatura fil-belt Amerikana ta’ Indianapolis.

Uħud mix-xhieda qalu li semgħu diversi sparaturi f’faċilità tal-FedEx u kien hemm min qal li ra persuna jispara b’arma awtomatika. 

Rapporti jgħidu li r-raġel armat, li kien qed jaġixxi waħdu, qatel lilu nnifsu. Intant, l-awtoritajiet qalu li ma kien hemm l-ebda theddida oħra għas-sigurtà pubblika.

Kelliema għall-pulizija tal-Belt qalet li hekk kif waslu l-uffiċjali ġew f’kuntatt ma’ inċident ta’ sparar attiv u sfortunatament sabu tmien persuni feriti b’arma tan-nar li ġew iddikjarati mejta fuq il-post. Il-kelliema għall-pulizija żiedet tgħid li kien hemm diversi persuni oħra li ttieħdu l-isptar bi ġrieħi.

F’dikjarazzjoni li għamlet il-FedEx, qalet li l-kumpanija kienet konxja tal-isparatura u li kienet qed tikkopera mal-awtoritajiet.

Share With: