Tlettax-il benefiċjarju ngħataw €200,000 għar-Riċerka u l-Iżvilupp Diġitali mill-Kunsill Malti għall-Arti

Total ta’ €200,000 qed jingħata lil tlettax-il proġett differenti għar-Riċerka u l-Iżvilupp Diġitali u parti mill-Iskemi RESTART 2021 immaniġġjati mill-Kunsill Malti għall-Arti.

Waqt li kien qed jindirizza konferenza stampa biex jispjega dettalji ulterjuri dwar din l-iskema, il-Ministru Herrera spjega kif ir-rwol tat-teknoloġija diġitali fi ħdan il-prattiċi artistiċi u kulturali qiegħed isir rwol dejjem aktar ċentrali, minħabba l-ambjent kulturali li jinbidel li b’hekk jagħmel l-għarfien u l-applikazzjoni tal-għodod diġitali u l-approċċi indispensabbli fil-prattika kontemporanja. Il-Ministru Herrera qal, “B’mod partikolari, l-għodod diġitali, bħalissa huma integrali fil-produzzjoni ta’ xogħlijiet artistiċi kif ukoll fit-trawwim ta’ kollaborazzjonijiet, l-involviment tal-udjenzi, l-iżvilupp tal-mudelli ta’ negozju, u l-ġenerazzjoni ta’ għarfien ġdid fost l-arti.”

Mary Ann Cauchi, Direttur għall-Fondi u l-Istrateġija tal-Kunsill Malti għall-Arti qalet, “Din is-sejħa kompetittiva rċeviet 28 applikazzjoni għall-proġett li qed jitolbu total ta’ €420,000. Dawn il-figuri huma prova li s-setturi kreattivi u kulturali qed jirrispondu għall-ħtieġa u r-relevanza tad-diġitali fi ħdan l-arti.” Is-Sinjorina Cauchi spjegat li l-applikazzjonijiet kollha ġew evalwati bir-reqqa, iżda bħal okkażjonijiet oħrajn, meta wieħed jikkunsidra n-numru ta’ proġetti validi sottomessi u l-limitazzjoni tal-fondi, ikun qed jintefa’ piż konsiderevoli fuq l-evalwaturi esperti esterni, piż li l-bord tal-evalwazzjoni jżomm f’moħħu matul il-proċess kollu.

It-tlettax-il proġett rebbieħ jinvolvu artisti, kollaboraturi, parteċipanti, udjenzi u fornituri ta’ servizz varji, investiment se jilħaq firxa usa’ ta’ nies.

Neville Borg, Assoċjat tar-Riċerka għall-Kunsill Malti għall-Arti, ipprovda ħarsa ġenerali tal-proġetti ffinanzjati li jvarjaw bejn €2,179 u €20,000 u jinkludu qasam wieħed jew aktar mill-oqsma ta’ enfasi ewlenin li jinkludu l-prattika artistika, l-involviment tal-udjenza u l-bini tal-ħila.

Lista sħiħa ta’ proġetti mogħtija hija disponibbli fuq artscouncil.mt. Għal aktar dettalji dwar l-Iskemi RESTART 2021 żur: https://www.artscouncilmalta.org/pages/funds-opportunities/restart-schemes-2021/restart-schemes-2021/ .

Għal għajnuna u pariri, ibgħat email fuq fundinfo@artscouncil.mt .

Share With: