Titħabbar il-mewt tal-Prinċep Filippu fl-età ta’ 99 sena

Il-Prinċep Filippu, ir-raġel tar-Reġina Eliżabetta II, miet fl-età ta’ 99 sena. Dan tħabbar mill-Palazz ta’ Buckingham.

Il-prinċep iżżewweġ lill-Prinċipessa Eliżabetta fl-1947, ħames snin qabel ma ħadet it-titlu ta’ Reġina.

Stqarrija mill-Palazz ta’ Buckingham tgħid li l-prinċep miet dalgħodu fil-kastell ta’ Windsor.

Ix-xahar li għadda, id-Duka ta’ Edinburgh kien rilaxxat mill-isptar wara li kien inżamm xahar għal trattament.

Il-Prinċep Filippu u r-Reġina kellhom erbat itfal u tmien neputijiet.

Huwa twieled fuq il-gżira Griega ta’ Corfu fl-10 ta’ Ġunju tal-1921.

Share With: