Tifel jindarab gravi wara li waqa’ t-taraġ fil-Qrendi

Tifel sofra xi ġrieħi wara li lbieraħ għall-ħabta tal-4:00 p.m kien involut f’inċident li seħħ f’Misraħ tal-Maqluba fil-Qrendi.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li tifel ta’ 15-il sena kien waqa’ t-taraġ u weġġa’.

Fil-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, tim mediku u ambulanza li ħadu lit-tifel lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Share With: