Tgħaddi l-liġi li se twassal għal rappreżentanza iktar ugwali bejn is-sessi fil-Parlament

Bi 36 vot favur u tnejn kontra, il-Parlament għadda l-liġi li ser twassal għal rappreżentana iktar ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.

Hekk kif ressaq it-tielet qari ta’ dan l-abbozz, il-Ministru għall-Ġustizzja, Edward Zammit Lewis innota kif dan kien mument storiku fil-politika lokali, fejn iż-żewġ naħat tal-Kamra għamlu pass importanti għal rappreżentanza iżjed ugwali bejn is-sessi fil-Parlament.

Share With: