Taħt reviżjoni kull parti tal-proċess kriminali inkluż il-kumpilazzjoni

Il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza Edward Zammit Lewis ikkonferma fil-Parlament li tinsab taħt reviżjoni kull parti tal-proċess kriminali inkluż il-kumpilazzjoni.

Huwa kien qed iwieġeb mistoqsija li saritlu mid-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi dwar ix-xogħol li qed isir biex ikun hemm riforma fil-mod kif jinġabru l-provi fil-kumpilazzjonijiet minħabba ċertu dewmien.

Dr Zammit Lewis sostna li: “il-kumpilazzjoni u l-inkjesti huma importanti għall-ġbir u l-konservazzjoni tal-provi fil-mument opportun. Però rridu naraw fejn għandna duplikazzjoni. Ġibna esperti minn barra biex jagħtuna mod kif naħsbu fejn jidħlu proċeduri u proċessi.”

Share With: