Surġent mixli li stupra tfajla

Is-Surġent tal-Pulizija Glen Carabott, ta’ 40 sena mill-Imtarfa, inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li stupra tfajla.

Il-Prosekuzzjoni spjegat kif fl-lejl ta’ bejn is-16 u s-17 ta’ April, tfajla għamlet rapport lill-Pulizija minħabba serqa fir-residenza tagħha. Żiedet tgħid li allegatament, l-imputat stupra lit-tfajla meta mar biex jinvestiga l-każ.

Fil-Qorti ntqal ukoll ukoll li huwa ġibed filmat tal-allegat stupru. Intqal ukoll li r-rapport tas-serqa ma daħalx fl-Għassa tal-Pulizija.

Carabott wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrieh, bid-Difiża titlob għall-ħelsien mill-arrest tiegħu. Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat minħabba l-gravità tal-akkużi.

Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u ordnat li l-imputat jinżamm taħt arrest preventiv.

L-Avukat Arthur Azzopardi deher għal Carabott.

Share With: