Spiċċa l-Qorti għax ma libisx sew il-maskra u spiċċa fl-idejn mal-Pulizija

Xlukkajr ta’ 46 sena tressaq il-Qorti wara li ma kienx liebes il-maskra sew u wara li l-Pulizija widdbu repetutament widdbu biex jirranġa l-maskra skont ir-regolamenti maħruġin mid-Dipartiment tas-Saħħa.

Il-Qorti semgħet kif ir-raġel, Pierre Cassar, ħebb għall-Pulizija li qallu biex jirranġa l-maskra, bil-konsegwenza li t-tnejn spiċċaw fl-idejn, b’dan tal-aħħar jindarab ħafif. Cassar deher il-Qorti b’idu miksura u bi ġrieħi f’wiċċu.

Cassar kien meħlus mill-arrest fuq depożitu ta’ €300 u garanzija personali ta’ €2,000, Huwa jrid jiffirma l-għassa taż-Żejtun darbtejn fil-ġimgħa. Għall-akkużat deher l-avukat Franco Debono

Share With: