Somalu arrest b’rabta ma’ serq minn vetturi f’Ħal Għaxaq

Aktar kmieni llum, għall-ħabta tas-1:45 a.m, il-Pulizija ġiet infurmata li hemm żewġt irġiel suspettużi fi Triq il-Qattus, Ħal Għaxaq.

Il-Pulizija tad-distrett taż-Żejtun assititi minn dawk tal-RIU marru immedjatament fuq il-post, fejn bdiet tfittxija fl-inħawi għalihom. Ftit wara nnutaw wieħed mill-persuni li kien jaqbel mad-deskrizzjoni li ġiet mgħoddija lill-pulizija, fi Triq Ġużeppi Gravina, Ħal Għaxaq. Ir-raġel, Somalu ta’ 22 sena ġie arrestat immedjatament.

Huwa ttieħed il-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Floriana għal aktar stħarriġ.

B’rabta ma’ każijiet simili ta’ serq minn vetturi f’Ħal Għaxaq u Ħaż-Żebbuġ, żewġt irġiel ta’ 45 u 49 sena, tressqu l-Qorti lbieraħ

Share With: