Silvio Debono u l-familja Caruana Galizia bi ftehim biex jitwaqqgħu l-każi ta’ libell

Silvio Debono, is-sid ta’ DB Group, laħaq ftehim mal-familja Caruana Galizia biex iwaqqa’ 19-il każ ta’ libell li huwa kien fetaħ kontra Daphne Caruana Galizia erba’ snin ilu.

Debono kien fetaħ il-każi ta’ libell f’Marzu tal-2017 b’rispons għal artiklu li Caruana Galizia kienet kitbet dwar il-proġett kontroversjali f’Pembroke fuq is-sit tal-ITS.

Il-ftehim kien iffirmat, b’kopja tiġi depożitata fir-rekords tal-każi aktar kmieni dan ix-xahar.

Share With: