“Sħabu jibqgħu jiftakruh għax kien jaħseb fihom” … Julian Spiteri jingħata l-aħħar tislima

Illum ngħatat l-aħħar tislima ż-żagħżugħ ta’ 19-il sena Julian Spiteri. Il-funeral sar fil-kappella tal-Università fejn numru ta’ ħbieb u qraba ta’ Julian li attendew għall-funeral biex isellmu l-memorja tiegħu.

Iċ-ċelebrant tal-quddiesa fakkru bħala bniedem ferrieħi li jħobb ikun ma sħabu. Qal ukoll li Julian kien bniedem liberu li jħobb jaħseb ħafna. “Imma fuq kollox sħabu se jibqgħu jiftakruh għax kien jaħseb fihom”, tenna ċ-ċelebrant.

Iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena sfortunatament ġie ċċertifikat mejjet fil-post wara li l-Ħadd li għadda kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imdina, l-Imdina. Miegħu kien hemm passiġġier ieħor ta’ 19-il sena li wara li ttieħed l-Isptar Mater Dei ġie ċċertifikat li kien qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

Share With: