Sewwieq ta’ mutur jitlef il-kontroll u jweġġa’ gravi

Rumen ta’ 31 sena residenti n-Naxxar, għal xis-1:00 p.m, kellu  jittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Tul il-Kosta, in-Naxxar.  

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur Honda ADV, tilef il-kontroll u  waqa’.  

Aktar tard, ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.  

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Share With: