Scope Ratings tilqa’ r-riformi tal-gvern fil-qasam tal-governanza tajba

L-aġenzija Ġermaniża Scope Ratings ikkonfermat mill-ġdid ir-rating ta’ ‘A+’ għal pajjiżna. Minkejja l-pandemija, din l-aġenzija ssostni li pajjiżna għandu, “strong growth potential”, “sound medium-term fiscal outlook” u “sobust external position”. L-aġenzija nnutat ukoll, “Improving, institutional challenges related to the financial oversight and supervision frameworks”.

L-analisti Ġermaniżi jbassru li, “The country’s economy and fiscal metrics are expected to recover in 2022 with debt returning to a downward trajectory”.

Anke waqt il-pandemija, numru ta’ setturi importanti, fosthom tal-informatika, baqgħu jikbru.

Minbarra s-suċċess fl-ippjanar ekonomiku, l-esperti barranin jilqgħu l-ħidma tal-gvern fil-qasam tal-governanza tajba, tant li r-rapport isostni li, “The current administration has made substantial progress in terms of control of corruption and rule of law through constitutional amendments and reforms to the judiciary”.

L-esperti internazzjonali rrimarkaw dwar il-ħidma biex jissaħħu r-regulaturi finanzjarji u r-riformi proposti mill-Moneyval u mill-FATF. Fil-fatt, b’mod globali, ir-rapport jinnota li kien hemm “Positive reform momentum under the current administration”.

Ir-rapport ifaħħar ukoll il-pakkett ta’ sostenn finanzjarju li wettaq il-gvern li riżultat tiegħu, skont Scope Ratings, diġà s-sena d-dieħla pajjiżna ser jerġa’ jaqbeż il-livell ta’ ġid nazzjonali li kellu qabel il-pandemija.

Fattur ewlieni ieħor huwa s-suċċess tal-programm ta’ vaċċinazzjoni, l-aqwa fl-Ewropa skont dawn l-esperti, li mistenni jwassal għal żieda fid-domanda domestika. Ir-rapport isemmi l-importanza tal-pjan għal riġenerazzjoni ekonomika, speċjalment l-investiment ta’ mijiet ta’ miljuni ta’ ewro f’infrastruttura industrijali ġdida.

Element ieħor importanti ser ikun il-pakkett kbir ta’ fondi Ewropej li rnexxielu jakkwista l-gvern. Skont Scope Ratings, dawn ser jgħinu biex jiġu ffinanzjati ħafna proġetti essenzjali li ser iwasslu għal tkabbir ekonomiku qawwi fis-snin li ġejjin.

Share With: