Sas-sajf Malta se tkun l-aktar pajjiż sigur biex iżżur… Il-maġġoranza tal-popolazzjoni se tkun imlaqma

R Factor tal-COVID-19 f’pajjiżna jinżel għal 0.7… Sal-lejla lħaqna l-200,000 vaċċinazzjoni

Il-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, waqt intervista li kellhu fuq l-istazzjon internazzjonali CNBC, qal li l-R Factor tal-COVID-19 f’pajjiżna issa niżel għal 0.7. Id-Deputat PM kompla jgħid li fis-sajf, Malta se tkun waħda mill-aktar pajjiżi siguri li wieħed jista’ jżur hekk kif huwa mistenna li aktar mill-maġġoranza tal-popolazzjoni se tkun imlaqma.

Id-Deputat PM enfasizza dwar l-importanza li jkun stabbilit il-passaport li jindika li persuna tkun ħadet il-vaċċin u għalhekk tkun tista’ tivvjaġġa minn pajjiż għall-ieħor.

Fuq is-sit soċjali ta’ Twitter, Fearne ħabbar li sal-lejla Malta kompliet tavvanza fil-proċess tal-vaċċinazzjoni. Fil-fatt huwa ħabbar li lħaqna l-200,000 persuna li ħadet il-vaċċin.

Share With: