“Sabiħ li taqsam ħobżok filwaqt li xxerred kelma ta’ tama” – L-Arċisqof Charles Scicluna

Waqt iċ-ċelebrazzjoni b’rabta mal-festa tal-Għid il-Kbir li tfakkar il-qawmien mill-mewt tal-Mulej, l-Arċisqof Charles Scicluna qabbel dak li seħħ fl-iskrittura ma’ sitwazzjonijiet fil-ħajja reali tagħna.

Scicluna qabbel il-qsim tal-ħobż; is-sinnifikat tal-Ewkaristija hu li taqsam “ħobżok” ma’ ħaddieħor u li taqsam l-imħabba tiegħek ma’ ħaddieħor.

L-Arċisqof qal li bħalma naqraw fl-iskrittura b’rabta ma’ din il-festa, il-Mulej jimxi magħna f’din it-triq imwera u diffiċli. Huwa appella biex inxerrdu kliem ta’ tama u mhux ta’ qtigħ il-qalb.

Share With: