Sa issa ngħataw 13,306 dożi tal-vaċċin lil persuni residenti f’Għawdex

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li sat-8 ta’ April 2021, kien hemm 1,225 persuna residenti f’Għawdex li rriżultat pożittiv għall-Covid-19 li minnhom 32 kienu attivi sad-data msemmija. 

Meta kien qed iwieġeb mistoqsijiet li sarulu mid-Deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar, Fearne qal li ta’ kull ġimgħa qed jittieħed il-genome sequencing minn kampjuni ta’ każijiet pożittivi u huwa stmat li mill-każijiet pożittivi kurrenti 75% huma pożittivi bil-varjanti B117. 

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa qal ukoll li sat-8 ta’ April ukoll kienu ngħataw 13,306 dożi tal-vaċċin għal kontra l-Covid-19 lill-persuni residenti f’Għawdex.

Share With: