Ryan Christie segwit minn Arsenal

Ryan Christie qed jiġi segwit minn Arsenal hekk kif jinsab fl-aħħar staġun tal-kuntratt tiegħu ma’ Celtic.

Iż-żagħżugħ ta’ 26 sena kien player regolari għall-ġganti Skoċċiżi għal dawn l-aħħar tliet staġuni, u għamel 38 dehra għalihom f’dan l-istaġun biss.

Madankollu, l-internazzjonali tal-Iskozja għandu jsir free agent fl-2022 u mhux maħsub li hu interessat li jiffirma ftehim ġdid.

Arsenal qed jiżnu pass għal Christie fis-sajf li ġej, b’Celtic jiġu sfurzati li jċedu lill-midfielder kreattiv.

Christie jista’ jilgħab kullimkien fl-attak, iżda huwa ntuża l-aktar fuq il-lemin f’dan l-istaġun.

Share With: