Ronald Koeman jittama li l-attakkant Ousmane Dembele jibqa’ ma’ Barcelona

Il-coach ta’ Barcelona, Ronald Koeman qed jittama li l-attakkant Ousmane Dembele li qed jissemma’ li jista’ jingħaqad ma’ Manchester United, jibqa’ mal-Katalani lil hinn mill-aħħar tal-istaġun.

L-internazzjonali ta’ Franza wera l-importanza tiegħu għal Barcelona nhar it-Tnejn filgħaxija b’rebħa kontra Real Valladolid.

Dak kien il-ħames goal taż-żagħżugħ ta’ 23 sena f’disa’ logħbiet għall-club u pajjiżu, wara li rnexxielu jirkupra minn injury pjuttost serja.

Dembele jinsab barra mill-kuntratt fin-Nou Camp fis-sajf li ġej u Barcelona qed jiġu rrappurtat li qed ifittxu li jbigħuh fi tmiem l-istaġun.

Madankollu, b’Manchester United u Juventus imsemmijin li qed jippreparaw offerti għall-Franċiż, Koeman għamel il-ħsibijiet tiegħu ċari dwar is-suġġett.

“Nixtieq li Dembele jibqa’ magħna għax huwa player importanti għalina.”

Share With: