ROBERT ABELA FDAT KWAŻI 12% AKTAR MINN BERNARD GRECH

Meta mistoqsija dwar il-fiduċja fil-mexxejja bejn il-Prim Ministru Robert Abela u l-kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, ħareġ ċar li Abela jisab fuq quddiem b’distakk kbir.

Jekk wieħed jara fejn qed iħabbat il-polz tal-poplu fir-rigward tal-mexxejja u dan quddiem il-fatt li l-pandemija offriet sfidi bla preċedent lill-amministrazzjoni Laburista u fost taqlib politiku ieħor, jirriżulta li l-Prim Ministru Robert Abela baqa’ jitqies bħala l-iktar persuna fdata biex tmexxi l-pajjiż. Meta applikata t-teknika tal-Multiple Imputation, il-Prim Ministru Robert Abela huwa fdat kważi 12% aktar mill-Kap Nazzjonalista Bernard Grech biex imexxi l-pajjiż. Waqt li 49.5% wieġbu li jafdaw l-iktar lil Robert Abela, 37.6% wieġbu li jafdaw lil Bernard Grech. L-istħarriġ juri li waqt li 5.7% wieġbu li ma jafdaw lil ħadd, 6.6% qalu li ma jafux u 0.6% wieġbu li jafdaw oħrajn.

Mistoqsija lil liema mexxej jafdaw fit-tmun tal-pajjiż, fost il-votanti li vvutaw lill-Partit Laburista fl-2017, 93.8% qalu li jafdaw l-aktar lil Robert Abela, 0.9% qalu Bernard Grech, 2.2% qalu li ma jafdaw lil ħadd u 3.1% wieġbu li ma jafux.

Share With: