RITRATTI: Il-knejjes jerġgħu jibdew jilqgħu lill-pubbliku wara ġimgħat magħluqin

Ritratti: Roger Azzopardi

Mil-lum il-knejjes f’Malta u Għawdex reġgħu fetħu l-bibien għall-pubbliku.Dan wara li fl-10 ta’ Marzu li għadda bhala parti mill-miżuri restrittivi mħabbra mill-awtoritajiet twaqqfu l-funzjonijiet reliġjużi biex tiġi mħarsa s-saħħa tal-poplu.

Skont dawn il-miżuri l-knejjes setgħu jiftħu biss f’eċċezzjonijiet bħalma huma mumenti ta’ qima, funerali u żwiġijiet b’numru ristrett ta’ persuni waqt li jitħarsu l-miżuri kollha stipulati.

Lura fl-10 ta’ Marzu meta tħabbru dawn il-miżuri f’pajjiżna kienu feġġew 510 każi ġodda u l-każi attivi kienu qabżu t-3,000.

Bis-saħħa ta’ dawn il-miżuri introdotti mill-awtoritajiet dakinhar, fil-preżent; wara biss ftit ġimgħat, f’pajjiżna jidher li ġiet imrażżna l-infezzjoni tal-Covid-19. Dan jidher ċar mill-każi ġodda reġistrati fl-aħħar jiem u l-każi attivi li niżlu drastikament għal madwar 600 każ.

Naturalment l-appelli jibqgħu dawk għal kawtela sabiex ikunu jistgħu jittieħdu aktar deċiżjonijiet għall-ġid komuni filwaqt li tibqa’ taħt kontroll r-rata ta’ infezzjonijiet tal-pandemija.

Share With: