RITRATTI: Iċċelebrat l-Għid il-Kbir fi sfond ta’ pandemija

Ritratti: ALAN SALIBA

Il-Knisja Kattolika llum ċċelebrat b’mod differenti mis-soltu l-akbar festa tagħha – l-Għid il-Kbir – il-qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu.

Dan hekk kif il-pandemija tal-Covid-19, għal sena oħra, ħalliet l-effetti tagħha anke fuq din il-festa, bid-drawwiet tradizzjonali bħall-ħruġ tal-istatwa tal-Irxoxt u l-ġirjiet bih, jerġgħu ma jsirux.

Fl-istess waqt, il-funzjonijiet tal-Knisja fil-jum tal-Għid kellhom isiru wara bibien magħluqin.

F’ritratti miġbudin mill-fotografu ta’ dan is-sit jidher in-nuqqas ta’ persuni li konna mdorrijin bihom qabel il-pandemija u din l-hekk meqjusa l-akbar festa kellha tara l-bibien tal-knejjes magħluqin bi bnadar varji jperpru biex iwasslu l-messaġġ tagħha fis-silenzju.

Share With: