RITRATTI: Ġimgħa Mqaddsa b’differenza għat-tieni sena nfila

Ritratti: Roger Azzopardi

Minkejja li għat-tieni sena konsekuttiva ma setgħux isiru ċ-ċelebrazzjonijiet li normalment isiru fil-Ġimgħa Mqaddsa, uħud mil-lokalitajiet xorta waħda ħasbu biex l-ispirtu marbut ma’ din il-ġimgħa jibqa’ jiġi raffigurat u b’hekk xorta tinħoloq atmosfera ta’ ġabra u riflessjoni.

Waħda minn dawn il-lokalitajiet kienet is-Siġġiewi li ħasbet biex twassal messaġġ ta’ tama hekk kif mhux biss organizzat fjakkolata fuq iz-zuntier tal-Knisja fil-Pjazza u l-mixgħela tas-Salib tal-Għolja, iżda għal din is-sena s-Siġġiwin ħasbu biex iwasslu messaġġ ta’ tama bil-kelma ‘hope’ tidwi biswit is-Salib tal-Għolja. Dan il-messaġġ huwa wieħed b’saħħtu anke fl-isfond tal-pandemija tal-Covid-19 li qed ngħixu. Tama li wara żmien diffiċli u ta’ tbatija, għad jisbaħ jum aħjar proprju kif tgħallimna l-Ġimgħa l-Kbira.

Lokalità oħra li organizzat mixgħela kbira bix-xemgħat kienet il-Fgura li kienet akkumpanjata ukoll minn mużika sagra u elementi oħra li normalment nsibu f’dan il-perjodu tal-Ġimgħa Mqaddsa.

Intant, fid-dawl ta’ numru ta’ restrizzjonijiet bħala miżuri ta’ prevenzjoni minħabba l-Covid-19, għal din is-sena l-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann għall-ewwel darba organizza wirja illuminata f’parkeġġ bit-tema tar-Randan fejn wieħed seta’ jżurha f’ambjent sikur.

Share With: