Rewwixta li wasslet biex mietu 10 fil-mija tan-nies u 70 fil-mija tal-villaġġi inqerdu fi gżira fil-Korea

Bħal lum 3 ta’ April 1948, bdiet rewwixta minn ħaddiema xellugin fil-gżira Koreana ta’ Jeju. Din il-gżira wara t-Tieni Gwerra Dinjija kienet immexxija minn ‘self government’, meta  l-Korea inqasmet bejn dik ta’ Fuq u dik ta’ Isfel u dan wara it-telfa tal-Ġappun.

Ir-residenti fuq il-gżira ta’ Jeju, irrabjaw ħafna u kienu vjolenti mal-Pulizija li kienu appoġġjati mill-Istati Uniti. Ir-residenti kienu qed jibżgħu li l-elezzjonijiet ippjanati  għall-Korea t’Isfel kienu se jinfurzaw id-diviżjoni bejn il-Korea ta’ Fuq u dik ta’ Isfel. Huma attakkaw għases tal-Pulizija u anke persuni li kienu kkoperaw mal-imperalisti Ġappuniżi.

Il-Gvern tal-Istati Uniti bagħat truppi f’din il-gżira u l-awtoritajiet tal-Korea ta’ Isfel b’mod brutali waqqfu din ir-rewwixta. Eluf ta’ ċittadini kienu mmassakrati fosthom nisa u tfal. Meta r-rewwixta intgħelbet, ħareġ li 10 fil-mija tan-nies kienu inqatlu u 70 fil-mija tal-villaġġi kienu inqerdu. Ġara li imbagħad l-awtoritajiet fil-Korea ta’ Isfel ma ridux li b’xi mod tissemma’ ir-rewwixta f’Jeju.  Min kien se jagħmel hekk kien se jkun kastigat bi swat, tortura u ħabs.

Share With: