Raġel ta’ 70 sena jirreżisti hold-up f’Wied il-Għajn

Ilbieraħ, għall-ħabta tat-8:15 p.m, il-Pulizija ġiet infurmata b’serqa minn ħanut fi Triq San Luqa, Wied il-Għajn. 

Il-Pulizija tad-Distrett marret fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li raġel kien daħal fil-ħanut, qabad sikkina, mexa lejn il-kaxxier u talbu l-flus. Il-kaxxier, raġel ta’ 70 sena  residenti Ħal Tarxien, irrifjuta li jagħti l-flus u anke rreżista l-aggressur li ħarab minn fuq il-post  wara li seraq ftit muniti. 

Waqt din is-serqa, il-vittma sofra xi ġrieħi u wara li ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku,  ittieħed ġewwa ċ-ċentru tas-saħħa għall-aktar assistenza. 

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Audrey Demicoli LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.  L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.

Share With: