Pulizija jitla fuq l-artal biex iwaqqaf funzjoni ta’ talb minħabba ksur ta’ miżuri f’Londra

Uffiċjali tal-Pulizija kellhom jidħlu fi Knisja f’Balham f’Londra waqt ċelebrazzjonijiet marbuta mal-Ġimgħa l-Kbira.

Uffiċjal tal-Pulizija minnhom kellu saħansitra jieħu post il-qassis fuq l-altar u qal li għalkemm hija xi ħaġa sabiħa li jara daqstant persuni li jixtiequ jitolbu, sfortunatament huma kienu qegħdin jiksru l-miżuri u b’hekk kellhom jiġu mwaqqfa.

Huwa qal li skont il-liġi ma setgħux jiltaqgħu daqstant nies taħt saqaf wieħed u filwaqt li bagħat lil kulħadd fi djaru, wissa’ li min ma jagħmilx hekk kien se jiġi mmultat £200 u jekk persuna tonqos milli tagħti d-dettalj kienet se tiġi arrestata fil-post.

Għalkemm xi postijiet fl-Ingilterra huwa aċċettat li jsir talb skont l-ispazju tal-post, il-Pulizija qalet li mal-wasla tal-Pulizija kien hemm nuqqas ta’ ħarsien tal-miżuri fosthom persuni mingħajr maskra u nuqqas fiż-żamma tad-distanza soċjali.

Share With: