President mara għall-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem

Joanne Bondin inħatret bħala President ġdid tal-Assoċjazzjoni ta’ Min iħaddem. Din hija t-tieni darba fi ftit jiem fejn organizzazzjonijiet tan-negozju ħatra mara fl-ogħla kariga ta’ tmexxija tagħhom.

Bondin inħatret waqt il-laqgħa ġenerali annwali tal-Assoċjazzjoni. Sa qabel il-ħatra tagħha bħala president, hija serviet għal bosta snin fil-Kunsill tal-Assoċjazzjoni.

Hija tipprovdi servizz ta’ konsulenza lil diversi kumpaniji.

Share With: