Possibilità li l-passaport li jindika li persuna jkun ħa l-vaċċin jidħol fir-Renju Unit ix-xahar li ġej

Fir-Renju Unit, kollox qiegħed jindika li l-passaport li jindika li persuna jkun ħa l-vaċċin għal kontra l-COVID-19 jista’ jidħol fis-seħħ ix-xahar li ġej.

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson, qal li l-kunċerti u l-istadiums se jkunu minn tal-ewwel li se jużaw il-passaporti. Persuna li jkollu passaport li jindika li jkun ħa l-vaċċinazzjoni għal kontra l-imxija jkun jista’ jattendi xi kunċert jew logħba futbol.

Fil-Parlament Ingliż, għad hemm xettiċiżmu jekk il-passaporti tal-vaċċin humiex idea tajba. Fl-Ewropa l-maġġoranza tal-pajjiżi huma favur li jidħol fis-seħħ il-proċess ta’ dan it-tip ta’ passaport hekk kif b’dan il-mod is-settur turistiku u dak tad-divertiment jistgħu jerġgħu jibdew idawru r-rota ekonomika.

Share With: