Possibbiltà li nkabbru l-ikel fl-ispazju

Sejba ta’ tliet forom ta’ ħajja ġodda fuq l-istazzjon spazjali internazzjonali li jisgħu jagħmlu dan possibbli

minn Carmen Cachia            

Speċi ġdida li l-kamp xjentifiku qatt ma ra qabel bħalha, instabet fuq stazzjon spazjali grazzi għal testjar avvanzat tal-ġenetika. L-iskoperta ta’ tliet forom ġodda ta’ ħajja fuq postijiet differenti fuq l-istazzjon spazjali internazzjonali (ISS) jistgħu jwittu t-triq biex ir-riċerkaturi jsibu mod ġdid kif ikabbru l-ikel fl-ispazju.

Xjenzati Amerikani u Indjani studjaw tliet tipi ta’ batterji mill-istazzjon spazzjali u sabu li dawn huma speċi li għadha mhix magħrufa mix-Xjenza. Dawn il-batterji f’forma tawwalija nstabet madwar ħames snin ilu fuq il-wiċċ tal-mejda li jieklu fuqha l-astronawti, fuq il-wiċċ fejn issir ir-riċerka fil-vettura spazjali u kampjun ieħor instab fil-koppla li minnha josservaw l-ispazju.

Skont ir-riċerkaturi, minħabba li din il-batterja hija kapaċi tgħix fl-ambjent ta’ ISS, dan jista’ jwassal biex il-bniedem ikabbar l-ikel fl-ispazju. Il-Professur tal-ġenetika fl-Università ta’ Kalifornia, Dr Swati Bijlani mexxa din ir-riċerka u ppropona li din is-speċi ġdida tingħata isem – Methylobacterium Ajmalii. Dan l-isem ingħata bħala tifkria għax-xjenzat Indjan, Ajmal Khan.

Din is-sejba eċċitanti kienet ippublikata mill-ġurnal “Frontiers in Microbiology” u rrapportata minn Sky News fejn jingħad li n-NASA temmen li din l-ispeċi ġdida toffri potenzjal kbir biex nibdew inkabbru l-ikel fuq il-pjaneta Mars. 

Share With: