Players ta’ Tottenham Hotspur jitilfu l-paċenzja b’Jose Mourinho

Players ta’ Tottenham Hotspur qed jitilfu l-paċenzja b’Jose Mourinho wara li ripetutament ġew imsejħa mill-manager tagħhom.

Spurs jinsabu għaddejjin minn forma ħażina fejn wara li sfaw eliminati mill-Europa League għas-spejjeż ta’ Dinamo Zagreb, huma waqqgħu ħames punti fl-aħħar tliet logħbiet tal-kampjonat tagħhom.

Huwa mifhum li xi kummenti xejn kumplimentari li Mourinho għadda fil-konfront ta’ xi players tiegħu, xejn ma niżlu tajjeb fid-dressing room, b’ħafna membri tal-iskwadra tiegħu jesprimu rabja lejh.

Jidher li s-sidien ta’ Tottenham diġà qegħdin jiżnu jekk għandhomx ineħħu lil Mourinho fi tmiem l-ewwel staġun sħiħ tiegħu responsabbli mill-club.

Spurs li jinsabu fis-sitt post tal-kalssifika jerġgħu lura fl-azzjoni nhar il-Ħadd li ġej b’logħba f’darhom kontra l-ex team ta’ Mourinho, Manchester United.

Share With: