Persuni nieqsa wara li nqalbet dgħajsa f’Louisiana

Dgħajsa kummerċjali li nqalbet fil-kosta ta’ Louisiana ħalliet 12-il persuna mitlufin, filwaqt li sitta oħra ġew salvati.

Skont rapporti fil-midja barranija jidher li d-dgħajsa nqalbet kawża ta’ maltempata qawwija li ħakmet fiż-żona ta’ New Orleans. Skont l-istess rapporti, rjieħ b’qawwa ta’ 75 mil fis-siegħa kkawżaw mewġ li wassal biex numru ta’ bċejjeċ tal-baħar oħrajn sofrew diversi ħsarat u saħansitra kien hemm bini li ġarrab ħsarat konsiderevoli.

Share With: