Pep Guardiola jittama li Eric Garcia jingħaqad ma’ Barcelona

Il-manager ta’ Manchester City, Pep Guardiola, qed jittama li Eric Garcia jingħaqad ma’ Barcelona fis-sajf li ġej.

Iż-żagħżugħ ta’ 20 sena ċaħad iċ-ċans li jiffirma kuntratt ġdid ma’ Manchester City hekk kif qed jippjana ritorn lejn il-Camp Nou.

L-internazzjonali Spanjol għamel biss erba’ dehriet fil-Premier League matul l-istaġun 2020-21.

Madankollu, Guardiola qed jittama li ‘wieħed mill-players favoriti tiegħu’ jkollu l-opportunità li jingħaqad mat-team ta’ Ronald Koeman wara li jiskadi l-ftehim tiegħu fl-Etihad Stadium.

Garcia reġa’ tħalla barra mill-iskwadra għall-finali tal-League Cup nhar il-Ħadd kontra Tottenham Hotspur, bis-Citizens joħorġu rebbieħa permezz ta’ goal tard fil-partita minn daqqa ta’ ras ta’ Aymeric Laporte.

Share With: