“Nifhem il-frustrazzjoni ta’ ħafna sportivi, għax jien wieħed minnkom u allura ngħix u nirraġuna bħalkom”

“Nifhem il-frustrazzjoni ta’ ħafna sportivi, għax jien wieħed minnkom u allura ngħix u nirraġuna bħalkom.” Hekk saħaq is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima f’messaġġ fuq il-midja soċjali li huwa ppubblika wara li aktar kmieni llum il-Gvern ħabbar li se jkun qed jirrilaxxa wħud mill-miżuri fis-seħħ biex jikkontrolla l-imxija tal-Covid-19.

Filwaqt li qal li wieħed jifhem is-sitwazzjoni preżenti u jiddeċiedi t-triq ’il quddiem, żied jgħid li f’dan iż-żmien aktar minn qatt qabel jeħtieġ li tinbena bażi b’saħħitha li tagħti l-frott fil-futur.

Share With: