NGO umanitarja se tibgħat vapur ġdid ta’ salvataġġ fil-Mediterran qabel il-bidu tas-sajf

L-NGO umanitarja Sea-Eye se tkun qed tibgħat vapur ġdid biex tingħaqad mal-operazzjonijiet tagħha fil-Mediterran matul dan is-sajf. Ħabbret dan is-Sea-Eye matul il-ġurnata tal-lum.

Il-vapur il-ġdid tas-salvataġġ, Sea-Eye 4, telaq mit-Tarzna ta’ Rostock fil-Ġermanja, aktar kmieni dalgħodu u mistenni li jasal fi Spanja lejn l-aħħar ta’ April.

Sea-Eye qalet li l-vapur il-ġdid huwa ideali għal operazzjonijiet ta’ salvataġġ fuq il-baħar, u se għandu spazju konsiderevoli biex jilqa’ persuni abbord.

Share With: