“Missieri waqa’ fin-nassa ta’ dawk kontra t-tilqim… din swietlu ħajtu”

Minn Victor Vella

“Kellu 63 sena.  Ma riedx jieħu it-tilqima. Kien jemmen li l-Covid19 ma kinitx reali. Hekk kien daħħal f’rasu. Inqabad fin-nassa ta’ gideb minn dawk li bdew imexxuha li l-Covdi19 ma jeżistix. Kien rasu iebsa. Għall-ebda raġuni ma ried jisma’.  Jien naħdem fil-qasam tas-saħħa u kienet iebsa naċċetta din il-ħaġa. Baqa’ jirrifjuta li jieħu t-tilqima. Illum nafu li l-Covid19 nistgħu nipprevenuha bit-tilqima.  Kieku semgħa mill-esperti, mit-tobba u mix-xjentisti u mhux minn dawk li jiktbu bla bażi fuq is-siti soċjali,  kieku llum qed jieħu n-nifs. Kieku bħalissa qed id-dar. Ma’ martu. Kienet iebsa naraha jagħmel 25 jum fl-ICU fuq ventilator. Finalment tneħħa minn fuqu imma l-ħsara fuq il-pulmun tant kienet kbira li ma setax jirkupra.”

Dan tirrakkontah, Morgan Bentner f’messaġġ li ħarġet biex tinforma lill-pubbliku inġenerali dwar il-periklu li ma titteħidx it-tilqima. Missierha Robert Decker miet fl-aħħar jiem. 

Bintu tiddikjara bla tlaqlieq li “l-jiem li għamel l-ICU kienu agunija. Emozzjonalment kienu iebsin ħafna. Il-ħin kollu taħseb jekk hux se jagħmilha jew le. Ma stajtx niċċalaq minn ġol-kamra. Ma kellix xewqa noħroġ kif qaluli li missieri miet. Bqajt naħseb. Mhux se ngħannqu aktar. Qalbi maqsuma. It-tfal tiegħi huma żgħar ħafna u probabbilment  lanqas se jiftakruh personalment.  Se jarawh mir-ritratti u jisimgħu l-istejjer biss. Għalija id-dinja saret vojta mingħajru.”

Morgan tagħmel appell lill-pubbliku inġenerali u tiddikjara bla tlaqieq biex in-nies jieħu l-pariri mill-esperti mediċini. “Tħallux il-pjattaformi ta’ medja soċjali u teoriji oħra ta’ konġuri, iqarrqu bikom. Tħalluhomx idaħħlukom f’moħħkom li l-Covid19 ma jeżistix jew li hu xi verżjoni oħra ta’ influwenza.  Missieri waqa’ f’din in-nassa. Id-deċiżjoni tiegħu kienet ibbażata fuq miżinformazzjoni. Din mhux biss affettwat lilu għax tilef ħajtu imma affettwat lilna ukoll, li konna madwar u inħobbuh. Affettwat lil martu, lit-tfal u lin-neputijiet. Il-weġgħa li għandi hi kbira ħafna. Ma rrid lil ħadd jgħaddi minn din il-weggħa.  Nitlobkom biex tipproteġu lilkom infuskom u lil dawk ta’ madwarkom u dan b’metodi sempliċi billi tieħdu it-tilqima. Tilqima waħda jew tnejn skont liema u inti tkun protett. Fuq kollox ma tgħaddix mill-weġgħat li għaddejt jien”. 

Share With: