Meta studenti għamlu ‘sit in’ f’ristorant li kien jifred il-klijenti skont il-kulur tal-ġilda

Bħal lum 22 ta’ April 1944, xejn inqas minn 200 Afro Amerikani ħafna minnhom studenti fl-Università ta’ Howard, għamlu ‘sit in’ f’Thompson, li kien ristorant f’Washington u li kien jifred il-klijenti skont il-kulur tal-ġilda.  Dan affettwa bil-kbir ix-xogħol tar-ristorantt tant li t-tmexxija ta’ dan ir-ristorant ġew ordnati mill-kumpanija tagħhom biex jibdew iservu lill-Afro Amerikani.

L-università minn naħa l-oħra bdiet tibża’ li se titlef l-għotjiet finanzjarji mill-gvern u talbet lill-istudenti jieqfu. Kif sar dan ir-ristorant reġa’ beda jifred il-klijenti. Waħda minn dawk li mexxiet l-azzjoni kontra dan ir-ristorant kienet Pauli Murray.

Share With: