Mara tiddaħħal l-isptar għall-kura wara li karozza titla’ fuq oħra f’inċident fil-Mosta

Ritratt: freehour_malta

Mara ta’ 29 sena mill-Mosta ddaħħlet l-isptar għall-kura wara li kienet involuta f’ħabta fil-Mosta. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.00 p.m. fi Triq Anġlu Gatt.

Kelliemi għall-Pulizija kkonferma li l-inċident kien jinvolvi żewġ vetturi, vettura tat-tip Toyota Corolla misjuqa mill-mara ta’ 29 sena u Suzuki Swift misjuqa minn mara ta’ 28 sena residenti l-Pietà.

Ritrati ppubblikatu fuq il-midja soċjali juru kif mal-impatt il-vettura misjuqa mill-vittma telgħet fuq il-vettura Suzuki.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Share With: