Malta tgħaddi mit-test tal-Moneyval wara r-riformi li saru

Malta għaddiet mill-iskrutinju tal-Moneyval wara li saħħet ir-reġim tagħha kontra l-ħasil tal-flus. Il-Kunsill tal-Ewropa kien ta ċans lil Malta sas-sena li għaddiet bie tagħmel riforma fil-liġijiet kontra l-ħasil tal-flus.

Fin-nuqqas ta’ dan Malta setgħet titpoġġa fuq il-lista griża, li seta’ jfisser daqqa ta’ ħarta għall-industrija tas-servizzi finanzjarji.

Ir-riformi li saru saħħew fost oħrajn ir-rwoli tal-MFSA u l-FIAU, il-ftuħ ta’ dipartiment fil-korp tal-Pulizija li jinvestiga reati finanzjarji, u taħriġ lill-membri tal-ġudikatura dwar reati ta’ ħasil ta’ flus.

Ir-rapport finali kien sottomess lill-Gvern lill-esperti tal-Moneyval f’Ottubru tas-sena li għaddiet.

Filwaqt li l-Moneyval approvat ir-riformi, ir-rapport ta’ skrutinju mistenni li jiġi ppubblikat aktar tard din is-sena.

Share With: