Mal-1,800 priġunier jaħarbu minn ħabs fin-Niġerja … oħrajn jirrifjutaw li jaħarbu

Aktar minn 1,800 ħabsi ħarbu minn ħabs f’Owerri fin-Niġerja wara li aggressuri użaw splussivi biex jeliminaw l-amministrazzjoni tal-post. Minn fost il-priġunieri, sitt priġunieri rritornaw u 35 oħra rrifjutaw li jaħarbu. 

Il-Pulizija qiegħda takkuża persuni magħrufa bħala l-Biafra bħala responsabbli ta’ dan l-attakk, iżda rapporti oħra qegħdin jgħidu li dan il-grupp ċaħad l-involviment tiegħu f’dan l-attakk.

Il-faċilità korrettiva Niġerjana kkonfermat li b’kollox kien hemm 1,844 priġunier li ħarbu. Minnufih bdiet tfittxija fiż-żona wara li truppi ta’ suldati armati sa snienhom waslu fil-post.

Kelliem għall-pulizija qal li l-aggressuri kienu armati bi granadi, machine guns, splussivi u armi oħra perikolużi.

Dan mhuwiex l-ewwel attakk fuq l-forzi tal-ordni fil-pajjiż hekk kif sa minn Jannar li għadda diversi għases u vetturi tal-pulizija fin-Niġerja sfaw fil-mira ta’ attakki simili. Ammont ta’ munizzjoni nsteraq waqt dawn l-attakki, filwaqt li ħadd ma ddikjara li hu responsabbli tagħhom.

Share With: