Lux et Tenebræ – Sensiela ta’ marċi funebri għal żmien ir-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa

Ritratt – ROGER AZZOPARDI

Lux et Tenebræ huwa double-Album innovattiv ta’ kompożizzjonijiet oriġinali ta’ Mro.  Alfred Farrugia u Mro. Mauro Farrugia. Dawn il-kompożizzjonijiet bandistiċi funebri huma ideali għal żmien ir-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa u huma wkoll l-ewwel publikazzjoni  fis-suq mar-record label mfmusic.mt. 

Minbarra l-marċi funebri tradizzjonali wieħed isib pensieri funebri, eleġiji u notturni – miġburin f’album li jiffoka sabiex imexxi l-quddiem fis-seklu 21 il-ġeneri msemmija, u fil waqt li jaħdem f’ambjent tradizzjonali, jaħseb biex ikisser dawn il-limitazzjonijiet u  b’idjoma iktar kontemporanja jgħaqqad ġeneri oħra li mhux normalment insibuhom f’din  it-tip ta’ mużika. Riżultat ta’ dan fl-album wieħed isib il-parteċipazzjoni ta’ l-għannej  Jesmond Galea l-Kalora u l-mezzo sopran Maltija, ta’ fama internazzjoni Clare Ghigo. 

Minħabba ir-restrizzjonijiet partikulari li ġab miegħu il-Covid-19, dan l-album kien meħtieġ  li jiġi rrekordjat permezz ta’ sistema innovattiva. Kull wieħed mit-48 mużiċist ingħatalu l apparat sabiex ikun jista jirrekordja lilu nnifsu ġewwa daru – esperjenza ġdida għal  bosta, iżda żgur li sarrfet f’opportunita’ ġdida ta’ tagħlim għal kull min kien involut. 

Prezz €25 u jista’ jinxtara kemm CD u kemm b’mod diġitali forma ta’ Mp3 minn: 

1. Il-website www.mfmusic.mt jew email: progettfunebri@gmail.com 2. Direttament mingħand il-kompożituri 79259752 / 79915233 

3. Facebook search: Lux et Tenebrae (https://www.facebook.com/mfmusic.mt) Min huwa interessat jista’ jibbukja l-kopja tiegħu billi jimla din il-formola: https://forms.gle/EZ4H6NcSw3spVDU49

Share With: