Luiz Adriano joħroġ mill-kwarantina u jtajjar ċiklist

L-attakkant Brażiljan Luiz Adriano tajjar ċiklist wara li għamel xirja f’supermarket …..  wara li ħarab mill-iżolament wara test pożittiv tal-Covid-19.

L-ex attakkant ta’ AC Milan ipprova jġib skuża billi qal li kien liebes maskra. Skond il-protokoll, it-player ta’ 33 sena kien meħtieġ li josserva kwarantina għal għaxart ijiem id-dar f’konformità mar-regoli tal-club minkejja li ma kienx sintomatiku.

Id-dettalji tal-inċident ta’ Luiz Adriano ġew żvelati mill-attakkant innifsu fil-post tiegħu ta’ Instagram fejn talab skuża għall-inċident u kiteb, “Jiena ngħatajt struzzjonijiet biex noqgħod id-dar fi kwarantina … imma lbieraħ mort fis-supermarket biex nieħu lil ommi li ma tafx issuq, mingħajr ma nħalli l-karozza tiegħi u liebes maskra. Imma jien spiċċajt involut f’inċident li fih rota laqtet il-karozza tiegħi fil-ħruġ tal-parkeġġ.

Intant, ġie ppublikat filmat fuq Twitter li kixef il-ġrieħi kkawżati liċ-ċiklist wara l-inċident. Fil-filmat, Adriano jidher bilwieqfa fuq il-bankina waqt li ċ-ċiklist jidher mal-art jirċievi trattamenti mill-paramediċi.

Share With: