Luis Suarez jista’ jerġa’ jingħaqad ma’ Liverpool fis-sajf

L-attakkant ta’ Atletico Madrid Luis Suarez jista’ jerġa’ jingħaqad ma’ Liverpool fis-sajf.

Il-player ta’ 34 sena ngħaqad ma’ Atletico mingħand Barcelona f’Settembru li għadda u kien f’forma eċċellenti għall-Madrileni f’dan l-istaġun, u skorja 19-il goal fi 32 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.

Madankollu, il-kuntratt ta’ Suarez fil-Wanda Metropolitano għandu jiskadi f’Ġunju li ġej, u jidher li Liverpool iridu jiffirmaw mill-ġdid lill-internazzjonali Urugwajan fis-suq li jmiss.

L-attakkant ta’ esperjenza għandu relazzjoni ‘diffiċli’ mal-coach ta’ Atletico Diego Simeone u jidher li ‘fiżikament ixxotta’ bl-istil tal-football tal-Arġentin.

B’riżultat ta’ dan, Suarez mistenni jidħol f’taħdidiet ma’ Liverpool fis-sajf, għalkemm jingħad ukoll li Inter Miami huma ħerqana li jġibuh fl-MLS.

Il-player mill-Amerika t’Isfel skorja 82 goal fi 133 dehra għar-Reds bejn l-2011 u l-2014 qabel ma’ ngħaqad ma’ Barcelona, fejn qatta’ sitt staġuni.

Share With: