Liverpool ifittxu li jorbtu erba’ players ewlenin tagħhom b’kuntratti ġodda fit-tul

Liverpool qed ifittxu li jorbtu erbgħa players ewlenin tagħhom b’kuntratti ġodda fit-tul, bil-għan li jsaħħu l-iskwadra tagħhom fis-sajf.

Ir-Reds issa huma rassenjati li se jkunu qed jitilfu s-servizzi tal-midfielder, Georginio Wijnaldum, dan is-sajf hekk kif qed jipprepara biex iħalli l-club bi free transfer meta jiskadi l-ftehim tiegħu, iżda t-team ta’ Jurgen Klopp allegatament irid jiżgura li huma protetti minn inċidenzi simili li jiġru ‘l quddiem.

Liverpool qed jippjanaw li jkollhom diskussjonijiet mal-erba’ players Mohamed Salah, Virgil van Dijk, Fabinho u l-goalkeeper Alisson Becker.

Salah, li għandu 28 sena, huwa l-ewwel stilla li r-Reds huma ħerqana li jorbtu bi ftehim ġdid, fost spekulazzjonijiet riċenti li huwa seta’ jingħaqad ma’ Real Madrid jew Barcelona.

Taħdidiet mal-attakkant Eġizzjan dwar estensjoni tal-kuntratt huma maħsuba li jinsabu fil-viċin, iżda r-Reds għandhom żmien min-naħa tagħhom, minħabba li l-kuntratt attwali ta’ Salah ma jiskadix sa Ġunju 2023.

It-tliet players l-oħra ġew iffirmati minn Liverpool fl-2018, bil-kuntratti ta’ Van Dijk u Fabinho jiskadu fl-istess sena bħal ta’ Salah fl-2023, filwaqt li l-ftehim ta’ Alisson jintemm is-sena ta’ wara.

Kwalunkwe negozjati kuntrattwali dwar players ewlenin oħra bħall-captain Jordan Henderson, Sadio Mane u Roberto Firmino, x’aktarx jibdew fil-futur qrib.

Share With: