Lionel Messi se jibqa’ ma’ Barcelona

Lionel Messi kkommetta l-futur tiegħu ma’ Barcelona u qabel li jibqa’ mal-Katalani lil hinn minn dan l-istaġun.

Il-kuntratt attwali tal-istilla Arġentina fil-Camp Nou għandu jiskadi fl-aħħar ta’ Ġunju u l-futur tiegħu ilu inċert minn meta informa lill-club dwar ix-xewqa tiegħu li jħalli lill-club matul is-sajf li għadda.

Imma issa l-inċertezza tidher li sparixxiet b’Messi jħabbar lil Barcelona li se jibqa’ fil-club.

Messi, li kien marbut ma’ ċaqliq lejn Paris Saint-Germain u Manchester City, wissa wkoll lill-president tal-club Joan Laporta li jeħtieġ li jsaħħaħ il-club bħala tpattija għall-fatt li huwa se jkompli jilbes il-flokk ta’ Barcelona.

Dan kien staġun frustranti ħafna għal Messi u Barcelona wara l-ħatra ta’ Ronald Koeman bħala manager is-sajf li għadda.

Fl-istess sajf, Messi li għandu 33 sena ra lill-club jimblokkalu t-trasferiment tiegħu billi insista li jitlob li l-klawsola ta’ release astronomika tiegħu ta’ £625 miljun tiġi milħuqa.

F’Diċembru, il-ġganti Katalani kienu 12-il punt wara l-leaders ta’ LaLiga Atletico Madrid u kienu f’nofs kaos istituzzjonali iżda issa Barcelona jinsabu biss żewġ punti ‘l bogħod minn Atletico u għandhom logħba f’idejhom.

Laporta, wieħed mill-alleati ta’ Messi, ġie wkoll maħtur president tal-club f’Marzu u Koeman rebaħ l-ewwel trofew tiegħu fit-tmun hekk kif Barcelona rebħu l-Copa del Rey aktar kmieni dan ix-xahar.

Matul dan l-istaġun, iżda, Barcelona ġew eliminati miċ-Champions League wara li sfaw eliminati minn PSG. Dan wasal wara l-umiljazzjoni tagħhom minn Bayern Munich fl-istadju tal-kwarti tal-finali fl-istaġun li għadda.

Messi jrid assigurazzjonijiet li Barcelona se jġib rinforzi fis-sajf iżda l-club jinsasb f’sitwazzjoni finanzjarja prekatja b’riżultat tal-impatt finanzjarju tal-pandemija tal-coronavirus.

Share With: