“Liġi li l-għan ewlieni tagħha hi l-ġustizzja soċjali”

Is-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi qal li din hija liġi li l-għan ewlieni tagħha hi l-ġustizzja soċjali u hi maħsuba biex tagħti serħan il-moħħ. “Liġi li qed tiġi preżentata minn Gvern li ma jiddejjaqx jagħmel il-bidliet fejn hu meħtieġ.” 

Dr Zrinzo Azzopardi qal ukoll li l-liġi se tkun qiegħda toħloq bilanċ bejn dawk li huma drittijiet tal-inkwilini u d-drittijiet tas-sidien. Fl-istess waqt, tipprospetta wkoll li trid tara x’inhuma l-mezzi tal-inkwilin, kwalunkwe piż sproporzjonat li jista’ jkun hemm fuq sid il-kera u li ġaladarba jiġi stabbilit il-kera ma jistax jiġi rivedut qabel jgħaddu sitt snin.

Share With: