Lazio u Simone Inzaghi jilħqu ftehim sa Ġunju 2024

Lazio u Simone Inzaghi laħqu ftehim sa Ġunju 2024 u fadal biss xi formalitajiet biex huma jiffirmaw il-ftehim il-ġdid li jiswa € 2.5m kull staġun.

Inzaghi sa issa mexxa lil Lazio bħala coach għal 240 logħba, minn April 2016, u għen lill-Biancocelesti jirritornaw fiċ-Champions League.

Din is-sena, l-Aquile jinsabu fis-sitt post fis-Serie A, erba’ punti wara l-ewwel erba’ timijiet u għadhom biċ-ċans li jikkwalifikaw għall-kompetizzjoni prestiġjuża għat-tieni staġun konsekuttiv.

Il-kuntratt ta’ Inzaghi jiskadi f’Ġunju u kien hemm xnigħat li dawn jistagħu jkunu l-aħħar xhur għal Inzagħhi fit-tmun ta’ Lazio, bil-president tal-Biancocelesti, Claudio Lotito, iżda jkun pront u jiċħad dawn ix-xnigħat.

Share With: